“Għandu Bżonn MRI Urġenti Li Jiswa Bejn €900 u €1000” – Appell Urġenti Biex Jinġabru L-Fondi

Fuq il-paġna Kitty Guardians For Strays, Miriam Borg Debrincat kitbet messaġġ twil tappella biex tinġabar somma flus permezz ta’ donazzjonijiet mingħand persuni b’qalb tajba. Dan għaliex wieħed mill-qtates li ġew addottati għandu bżonn MRI urġenti u jekk dan ma jsirx, hemm iċ-ċans li jitlef ħajtu.

“Dan Rango, għandu bżonn MRI urġenti li jiswa bejn €900 u €1000. Jekk jogħġobkom, jaħasra aħsbu fih b’kontribuzzjoni żgħira u xerrdu dan l-appell. Iridu jinġabru fondi biex isir MRI malajr kemm jista’ jkun. Jekk ma nilħqux is-somma finali mhux ħa jkun possibbli li ssir peress li trid titħallas mill-ewwel,” kitbet Miriam.

Hi spjegat li qed tikteb f’isem sidu li nefqet ħafna fuqu wara li addottatu biex tgħinu jġib saħħtu lura, u issa għandha bżonn l-għajnuna tagħna. Hi spjegat li ġrawlu ħafna kumplikazzjonijiet f’daqqa u mid-demm jidher li kollox normali. Issa qed jissusspettaw li l-problema hi newroloġika u hemm bżonn MRI urġenti biex ikollhom stampa iktar ċara ta’ x’qed jiġri.

Temmet kliemha billi spjegat li għalkemm bħalissa qed jaġixxi normali, kollox jista’ jiġri jekk ma tinstabx tweġiba għal dan kollu u Rango jista’ jitlef ħajtu.

Flimkien nistgħu ngħinu lil dan il-qattus innoċenti biex ma jitlifx ħajtu. Xerrdu dan l-artiklu għaliex bis-saħħa tagħna tista’ tinġabar is-somma finali!

 Biex tgħinu tistgħu tibgħatu d-donazzjoni tagħkom bir-revolut jew BOV mobile fuq in-numru: +356 77042556.

 

 





Facebook / Miriam Borg Debrincat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI