Fuq il-paġna uffiċjali Mater Dei Hospital tħabbar dwar salvataġġ li sar għal tifla u ġenitur minn esperjenza li kapaċi spiċċat agħar. It-tim f’isem il-poplu Malti u Għawdxi jirringrazzjahom għall-ħidma tagħhom li hi tant prezzjuża.
It-tim jikteb, “Grazzi lil ħaddiema mid-Dipartiment tal-Emerġenza li flimkien mal-protezzjoni ċivili, għinu biex salvaw tifla u l-ġenitur tagħha minn bir.” Xerrdu anke ritratti meħudin waqt dan il-każ ta’ salvataġġ.
Prosit u Grazzi!