Gaia Tispjega Għalfejn Għanda…

Sena wara l-avventura tagħha f’X Factor tar-Renju Unit flimkien ma’ Robbie Williams u l-grupp Sweet Sense, Gaia Cauchi ser tkompli tkabbar l-lista ta’ materjal oriġinali.

Il-kanzunetta li jmiss ta’ Gaia hija Why Should I?, li ġiet miktuba minn Gaia stess flimkien ma’ Kevin Paul.

View this post on Instagram

A post shared by Gaia Cauchi (@gaiacauchi) on Jul 25, 2019 at 9:00am PDT

Għalkemm għadna ma nafux id-data ta’ meta nistgħu nisimgħu l-kanzunetta ġdida ta’ Gaia, hawn taħt tista tara dak li jidher li ser ikun il-ftuħ tal-vidjow mużikali ta’ Why Should I?

Fil-filmat Gaia tispjega minn fejn ġej l-isem:

Kont qed ngħix l-isbaħ żmien ta’ ħajti miegħek.

Kont sibt lil xi ħadd li stajt nagħti lili nnifsi.

Xi ħaġa hekk ma tiġrix ma’ kulħadd.

Kemm hu diffiċli li titlaq lil xi ħadd li ma tridx tħalli?

Iżda kemm hu aktar diffiċli li tipprova żżomm lil dak li jkun anke jekk taf li ma jixtieqx?

Naħseb u ngħid…Jekk inti ma jimpurtakx, għalfejn għandu jimporta lili?

Facebook / @GaiaCauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI