Ġejja Tagħna! Kollox Jindika Li Riesaq Fuqna Luċifru!

Is-sajf b’mod uffiċjali jibda għada u donnu ħa jagħmel ftuħ bi kbir hekk kif it-temperaturi ta’ Malta u Għawdex mistennija li jinħassu madwar 38°C u 41°C. Jekk ħsibt li dan għal xi ġurnata biss, sejjer żball! Qed jingħad li dawn it-temperaturi għandhom idumu fuqna madwar ħamest ijiem. Anke bil-ħsieb biss qed diġà qed inħoss it-temperaturi telgħin!

View this post on Instagram

A post shared by @malta_visit on Jun 14, 2019 at 10:34am PDT

Milli jidher dan kollu ġej minn naħa ta’ fuq tal-Afrika u ħa jaffetwa ċ-ċentru tal-Mediterran. Anke l-midja Taljana qed tirraporta dwar Luċifru, u donnu ismu hu indikazzjoni ta’ kemm ħa jkun kiefer magħna. Anke l-UV index diġà qed jimmarka 10 li huwa l-għola possibli! Jekk għandek xi pjanijiet, ara li tieħu l-prekwazzjonijiet kollha!

View this post on Instagram

A post shared by @malta_visit on Aug 9, 2018 at 9:48am PDT

Importanti l-ilma, tilbes xi beritta jew kappell! Dawk moda u anke kieku ma kinux, l-ewwel is-saħħa. Tinsiex tagħmel il-protezzjoni kontra x-xemx għax malajr tispiċċa twaħwaħ bl-uġigħ. Ma tagħmilx differenza jekk tiswied jew tiħmar. Hu ħsieb!

Malta_Visit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI