Persuna li attendiet il-party li sar b’mod illegali ġewwa Pembroke tkellmet mas-sit SideStreet qalet li l-invit għal dan il-party sar minn messaġġi fuq Whatsapp sabiex ma tintefax attenzjoni dwar x’kien ser isir.
Hi qalet li attendiet dan l-avveniment għaliex bdiet tħoss in-nuqqas ta’ parties bħal dawn, kif ukoll in-nuqqas ta’ laqgħat ma’ nies oħra.
Jidher li għal dan il-party attendew fuq mitt persuna u l-organizzaturi zejjnu l-post bi dwal u dekorazzjonijiet oħra, flimkien ma’ apparat tas-‘sound’. Huma m’obbligaw lil ħadd biex juża maskri jew biex iżomm d-distanza soċjali.
Il-persuna kompliet tgħid lil SideStreet li għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu, wara rapporti dwar x’kien qed isir, waslu l-pulizija biex iwaqqfu l-party u arrestaw ukoll lill-organizzaturi u jidher li min organizza l-party ser ikun immultat u akkuzat li organizza avveniment tal-massa waqt il-pandemija u attivita kummerċjali mingħajr liċenzja mingħand l-awtoritajiet.