Ġest Ta’ Pulizija Barra Minn Dmiru Jirċievi Tifħir

Il-qadi tad-dmir imur ’il bogħod minn meta wieħed ikun fuq xogħol. Pulizija mid-distrett ta’ Tas-Sliema, li probabli kien fi triqtu lejn ix-xogħol jew ġej lura mix-xogħol waqaf jagħti l-għajnuna lil mara li kienet ilha tistenna l-għajnuna tat-tow truck aktar minn siegħa.

Ngħiduha kif inhi, f’dan it-temp li tagħmel aktar minn siegħa fil-qilla tax-xemx mhux xi ħaġa tajba għas-saħħa ta’ dak li jkun. Il-pulizija waqaf ibiddel punċer, xejn kbir imma għal dik il-mara fisser ħafna għax taf kienet tispiċċa tistenna għal aktar tul ta’ ħin.

Ritratt: Facebook / The Malta Police Force

Bint din il-mara ħalliet post fuq il-grupp popolari RUBS fejn spjegat is-sitwazzjoni u irringrazzjat lil dan l-uffiċjal pubbliku u l-membri tal-korp tal-puluzija li jagħtu l-għajnuna tagħhom liċ-ċittadini, kemm fil-ħin liberu tagħom, kif ukoll waqt li jkunu qed jaqdu dmierhom.

Tispiċċa b’hashtag importanti ferm li wieħed għandu jħaddan li tgħid biex nirrispettaw lil pulizija. Kliem tad-deheb. Prosit lil dan l-uffiċjal tal-azzjoni tiegħu, għandna bżonn aktar ċittadini bħal dan il-pulizija.

Minn hawn nieħdu l-opportunità nfakkru li din il-ġimgħa l-korp qed jiċċelebra 205 anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’avveniment madwar Malta. Wieħed jista’ jikseb aktar għarfien dwar dan billi jżur il-paġna tal-korp tal-pulizija fuq il-mezzi soċjali.

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI