Żewġ Turisti Jagħżlu Li Jqattgħu Parti Mill-Btala Tagħhom F’Pajjiżna Jgħinu Lil Xelter Tal-Annimali

Żewġ turisti - waħda Ġermaniża u l-oħra Żvizzera - għażlu li jqattgħu parti mill-btala tagħhom f'pajjiżna jagħtu l-għajnuna volontarja lil xelter lokali tal-annimali.

L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati spjegat fuq il-midja soċjali kif Nadine u Martina, iż-żewġ turisti, ġew f'pajjiżna bil-ħsieb li jqattgħu ftit jiem ta' mistrieħ, iżda minflok spiċċaw jgħinu lill-AAA sabiex jittrenjaw il-klieb.

Dan hekk kif iż-żewġ turisti huma fil-fatt studenti ta' skola ġewwa l-Isvizzera li tgħallem kif wieħed għandu jittrenja b'mod professjonali l-klieb, billi jtejjeb ir-relazzjoni u l-komunikazzjoni tiegħu mal-annimali.

L-AAA irringrazzjat pubblikament lil dawn iż-żewġ turisti li għoġobhom jiddedikaw tlett ijiem mill-btala tagħhom għal dan il-ġest nobbli, kif ukoll tat-tagħrif professjonali li huma qasmu magħhom.

Ritratti:

Facebook / AAA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI