Tissemma L-Possibbiltà Li R-Renju Unit Jerġa’ Jissieħeb Fl-Unjoni Ewropea

Fil-jiem li għaddew, meta mistoqsi mill-BBC, il-Prim Ministru Ingliż Andy Burnham ma eskludiex il-possibbiltà li jniedi referendum fejn jistaqsi lill-poplu Brittaniku jekk jixtieqx li l-pajjiż jerġa' jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li rrikonoxxa li bħalissa mhuwiex il-mument addattat sabiex iseħħ dan ir-referendum, il-Prim Ministru Ingliż saħaq dwar il-ħtieġa li pajjiżu jistabilixxi relazzjoni eqreb mal-pajjiżi Ewropej.

Hu tenna dan ftit iżjed minn għaxar snin wara li l-maġġoranza tal-poplu Brittaniku vvotat fir-referendum ta' Ġunju tal-2026 sabiex ir-Renju Unit ma jibqax iżjed parti mill-Unjoni Ewropea, wara 47 sena ta' sħubija.

Kliem il-Prim Ministru Ingliż qanqal diskussjoni madwar id-dinja kollha. Fis-sigħat li għaddew, ġie żvelat ukoll ir-riżultat ta' servej li seħħ riċentament fejn il-pubbliku fir-Renju Unit ġie mistoqsi għall-fehma tiegħu dwar dan is-suġġett.

Skont dan is-servej li ġie żvelat minn The Guardian, il-maġġoranza tal-poplu Brittaniku hija favur li r-Renju Unit jerġa' jissieħeb fl-Unjoni Ewropea; fil-fatt, abbażi ta' tweġibiet mingħand 11,461 ruħ, 49% qalu li huma favur, filwaqt li 28.5% sostnew li huma kontra.

Intom x'taħsbu dwar il-possibbiltà li r-Renju Unit jerġa' jissieħeb fl-Unjoni Ewropea?

Ritratti:

ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI