Bħal-lum ħdax-il xahar ilu - fl-4 ta' Novembru tal-2025 - ħalla din id-dinja AJ Difesa; tifel li ta' 13-il sena tilef il-ġlieda tiegħu kontra żewġ tumuri. Dan wara sentejn ta' kura u tbatija li matulhom hu ġġieled b'kuraġġ ta' sur u reżiljenza liema bħalha.
Kważi sena wara l-mewt ta' ibnu, Aaron Difesa fisser kif minkejja li għaddew dawn ix-xhur kollha, għadu jħoss ferm in-nuqqas ta' AJ. Spjega kif ta' kuljum kull ħaġa li jiltaqa' magħha tfakkru proprju fil-memorja t'ibnu.
Emozzjonat hu stqarr fuq il-midja soċjali li għandu biss xewqa waħda; dik li jkun jista' jerġa' jkellem lil ibnu u jħaddnu miegħu, imqar għal minuta waħda biss. "Int kont u tibqa' parti minni, l-imħabba tiegħi għalik qatt mhi se tmut," kiteb il-missier.
Facebook / Aaron Difesa