Għaddew 30 Sena Minn Meta Żewġ Żgħażagħ Mellieħin Ħarġu Jistagħdu U Nstabu Bla Ħajja 28 Jum Wara

Bosta llum fuq il-midja soċjali qed ifakkru l-memorja ta’ Michael Cutajar u Eric Grima; żewġ żgħażagħ Mellieħin li ħarġu jistagħdu u nstabu bla ħajja 28 jum wara.

Iż-żewġ żgħażagħ Mellieħin kienu marru jistagħdu minn ħdejn il-Popeye’s Village permezz ta’ dgħajsa żgħira bil-mutur. Ġara li sabu rwieħhom f’nofs maltempata kbira b’konsegwenza li wara madwar erba’ ġimgħat mitlufin instabu t-tnejn bla ħajja minn sajjied u martu qrib l-art quddiem il-bajja tal-Armier.

It-traġedja seħħet eżattament bħal-lum 30 sena ilu, fit-28 ta’ Frar tal-1996, u sal-lum il-ġurnata għadha tqanqal sens kbir ta’ sogħba.



Jistrieħu fis-sliem!





Ritratti:

Facebook / Jennifer Cuschieri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI