Ħafna Lokalitajiet F’Għawdex Għamlu Lejl Bla Dawl

Dan il-lejl kien wieħed diffiċli għall-Għawdxin, hekk kif il-biċċa l-kbira tal-irħula tħallew mingħajr provvista tal-elettriku. Għalkemm xi lokalitajiet ġie lura d-dawl dalgħodu, hemm diversi lokalitajiet li għadhom bla dawl. Fost dawn li għadhom bla dawl hemm Għajnsielem u Marsalforn.

L-Enemalta qalet li qed tindirizza ħsara li laqtet partijiet mir-Rabat, Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Munxar, Nadur, Qala, San Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija u Żebbuġ.

Il-festa tax-Xagħra ġiet ukoll interrotta, hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom isiru fid-dlam.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI