Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tat aġġornament dwar it-temp kurrenti xejn sabiħ li qed jaħkem il-Gżejjer Maltin: sħana kbira u sema mdaħħan.
“Is-sema mdaħħan u temperaturi elevati se jibqgħu magħna sal-aħħar t’Awwissu 2026, f’dak li se jkun l-aktar Awwissu sħun li qatt ġie reġistrat f’pajjiżna!” huma kitbu.
“Mal-qalba ta’ xahar ġdid u ftuħ il-ħarifa meteoroloġika - 1 ta’ Settembru - l-ajru jiċċara u t-temperaturi jibdew itaffu, bil-massimi anqas minn 35°C u l-minimi anqas minn 25°C wara perjodu twil. Il-baħar jilħaq il-31.5°C, iżda llum iż-żiffa se ttaffi xi ftit żgħira s-sħana oppressiva li kellna.”
Facebook / It-Temp Madwarna