Illum hija ġurnata speċjali għal Glen Vella u Sandro Zammit hekk kif qed jiċċelebraw 25 sena flimkien. F’post mill-isbaħ fuq Instagram, Glen kiteb kelmtejn lill-għażiż raġel tiegħu f’dan il-jum importanti.
“Irrid inkompli nixjieħ miegħek,” kiteb Glen f’post fejn tella’ sensiela tal-ewwel ritratt tagħhom flimkien lura fl-2001. “Illum b’kuntentizza kbira, qed niċċelebraw 25 sena f’relazzjoni u 6 snin ta’ żwieġ.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Glen u Sandro f’dan il-jum speċjali!
Instagram / @glenvellaofficial