Kieku Għadu Magħna Michael Jackson, Illum Kien Jagħlaq 68 Sena!

Illum huwa għeluq snin ir-Re tal-Pop u l-leġġenda Michael Jackson. Kieku kien għadu magħna, illum kien jagħlaq 68 sena hekk kif hu twieled fid-29 t’Awwissu tal-1958 f’Gary, Indiana, fl-Istati Uniti. Jackson sfortunatament ħalliena fil-25 ta’ Ġunju tal-2009.

Michael ma kienx biss kantant u żeffien, iżda kien filantropu kbir. Jackson huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar figuri kulturali sinifikanti tas-seklu 20. Fuq karriera ta’ erba’ deċennji, il-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-mużika, iż-żfin u l-moda, flimkien mal-ħajja personali ppubbliċizzata tiegħu, għamluh figura globali fil-kultura popolari.

Jackson huwa wieħed mill-artisti tal-mużika bl-aktar bejgħ fl-istorja, b'bejgħ stmat madwar 500 miljun diska madwar id-dinja. Huwa kien mistieden u onorat minn president tal-Istati Uniti fil-White House tliet darbiet.

Fost il-kanzunetti popolari tiegġu nsibu: Billie Jean, Thriller, Man In The Mirror, Smooth Criminal, Bad, Black Or White, They Don’t Care About Us, The Way You Make Me Feel, Rock With You, u Don’t Stop Til’ You Get Enough.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI