“Għadni kemm ġejt avżat li jien se nkun qed nieħu ħsieb klassi għada bħala l-għalliem tagħha minflok se nkun qed ngħallem is-suġġett tiegħi.”
Ilbieraħ l-għalliem kompla jispjegalna llum ried iqum bi tbissima, jilqa’ l-istudenti bi tbissima u jara x’ħa jkun qed jgħallimhom eżatt. Żgur mhux sitwazzjoni ideali, li ġurnata qabel tibda l-iskola għalliem jiskopri li jinsab f’din is-sitwazzjoni.
Hu bl-ikbar sinċerità qal li għalih u għalliema oħra li jinsabu fl-istess sitwazzjoni hi sitwazzjoni stressanti mmens u għalkemm forsi għalih u għal xi għalliema oħra tgħaddi, dan mhux sew fuq l-istudenti.
Meta staqsejnih jekk jafx x’sena ħa jkollu hu qalilna li għad ma għandux idea, l-iskola hi relativament ġdida għalih u ma tantx għandu aktar dettalji. In-nuqqas ta’ għalliema hu wieħed li qed jinħass b’mod drastiku u l-effett ħa jħalli impatt fuq l-istudenti.
Hemm bżonn li jsir pjanar qabel, għax kieku dan l-għalliem kien jaf, kien tal-inqas ikollu ċans jipprepara għas-sena skolastika li ġejja.