Għajdut Persistenti Li Apple Ser Iniedu L-Icar – Int Tixtriha Kieku?

Kumpanija li żgur m’għandha bżonn tal-ebda ntroduzzjoni hija bla dubju Apple, li tista’ tgħid jaqtgħu suċċess ma’ kull prodott li jniedu. Irrivoluzzjonaw id-dinja teknoloġika fil-qasam tal-mowbajls u tal-laptops fost l-oħrajn, u issa mid-dehra tefgħu ħarsithom fuq qasam ġdid. Dan għaliex hawn għajdut persistenti li din il-kumpanija ser tkun qed tniedi l-Icar.

Din il-vettura li s’issa għadha bla isem qed tkun irreferuta bħala l-icar, fejn apparentament dan il-proġett jismu Project Titan ma’ dawk li qed jaħdmu fuqu. Naturalment, din il-vettura ser tkun taħdem bl-elettriku u ser tkun kompletament awtonoma. Elon Musk tkellem dwar dan il-proġett li s’issa qed jippruvaw iżommuh mistur, u qal li huwa diffiċli mmens biex iżżomm proġett bħal dan mistur meta hemm eluf ta’ inġiniera jaħdmu fuqu.

Huwa maħsub li din il-karozza ser tkun tiswa mal-100k dollaru.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI