L-għawwiem Malti Neil Agius ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li żżewweġ lill-maħbuba tiegħu Lara Vella. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu hu spjega kemm kienet ġurnata indimentikabbli flimkiem mal-iktar għeżież tagħhom.
Hu kiteb, “Jumejn ilu, fl-24 t’Ottubru, iżżewwiġt lill-ħabiba tal-qalb tiegħi.”
Żied jgħid, “Flimkien ħloqna ġurnata ta’ maġija li kienet rappreżentazzjoni tagħna nfusna, flimkien mal-persuni li jfissru l-aktar għalina u l-baħar bħala x-xhud tagħna. Issa għalaqna ċ-ċirku tal-familja żgħira tagħna.”
Flimkien ma’ dan il-messaġġ hu ppubblika ritratti tal-ġurnata speċjali fejn martu Lara tidher liebsa libsa bajda l-ġmiel tagħha u l-fjuri kkuluriti u l-veduta tal-baħar komplew iżewqu din il-ġurnata.
Nawgurawlhom ħajja mill-isbaħ bħala koppja miżżewġa!
Facebook / Neil Agius