“Għall-Ewwel Darba Fl-Istorja Tal-Eurovision Malti” – Il-Psikoloġija Tal-Prestazzjoni Issa Parti Mill-Preparazzjoni Tal-Artist

Il-psikologa Bernice Sant ħabbret li bħalissa tinsab fi Vjenna bħala parti mid-delegazzjoni uffiċjali Maltija għall-Eurovision Song Contest 2026, fejn qed tagħmel pass storiku billi għall-ewwel darba fil-parteċipazzjoni Maltija fil-Eurovision, il-psikoloġija tal-prestazzjoni qed tkun formalment parti mill-preparazzjoni tal-artist.

F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, Sant spjegat li għandha l-privileġġ li tkun il-psikologa li qed tappoġġja dan il-proċess flimkien mal-Public Broadcasting Services u l-kantant AIDAN.



Hija qalet li dak li miljuni ta’ nies jaraw fuq il-palk huma biss tliet minuti ta’ prestazzjoni, iżda warajhom hemm ħafna aktar li ħafna drabi jibqa’ moħbi mill-pubbliku, il-pressjoni, l-aspettattivi, il-kritika, l-isfidi, il-fiduċja fih innifsu u l-irkupru emozzjonali.



Sant sostniet li prestazzjoni qatt ma tkun biss fiżika jew teknika. Spjegat ukoll li r-rwol tagħha ma jikkonsistix biss fl-appoġġ lill-artist, iżda wkoll fit-tisħiħ tal-ambjent ta’ madwaru sabiex il-prestazzjoni tkun tista’ tassew tiffjorixxi.

Hija rringrazzjat lid-delegazzjoni Maltija talli fdaw “xi ħaġa ġdida”, filwaqt li appellat lil dawk kollha li se jkunu qed isegwu l-Eurovision din il-ġimgħa biex iżommu għajnejhom fuq Malta.



Ritratti:

Facebook / Bernice Sant

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI