“Il-Forzi Armati Ta’ Malta Tingħaqad Mad-Dinja Kollha Biex Infakkru L-Jum Internazzjonali Tal-Infermiera” – Armed Forces Of Malta (AFM)

Medic Nurse

L-infermiera għandhom irwol kruċjali fis-soċjetà, billi kuljum joffru kura, appoġġ u dedikazzjoni lil dawk li jkunu jeħtieġu attenzjoni medika.

Il-professjoni tagħhom mhix biss xogħol, iżda vokazzjoni mibnija fuq il-kompassjoni, il-paċenzja u s-sagrifiċċju.

F’kull sitwazzjoni, kemm fl-isptarijiet kif ukoll f’servizzi oħra essenzjali, l-infermiera jibqgħu pilastru importanti fis-settur tas-saħħa.

F’messaġġ li xxandar fuq il-paġna uffiċjali Armed Forces of Malta fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Infermiera, il-Forzi Armati ta’ Malta qalu li qed jingħaqdu mad-dinja kollha biex jagħtu ġieħ lill-infermiera għall-ħidma imprezzabbli tagħhom.

Ġie enfasizzat ukoll ix-xogħol importanti li jsir fi ħdan il-Medical Section tal-Forzi Armati, fejn infermiera kwalifikati kuljum jieħdu ħsieb is-suldati kollha li jkollhom bżonn attenzjoni medika.

Il-messaġġ temm billi rringrazzja lill-infermiera kollha għas-servizz u d-dedikazzjoni tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI