“Wasal Iż-Żmien Li Nagħti Spazju Lil Ħaddieħor Sabiex Jaqdi Dan Id-Dmir B’Aktar Enerġija, B’Aktar Impenn U B’Aktar Ħila.” – Mario DeMarco

L-eks deputat parlamentari Mario de Marco ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss, wara aktar minn żewġ deċennji fil-politika attiva. F’messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, De Marco rringrazzja lill-poplu Malti u b’mod partikolari lill-kostitwenti tal-Ewwel Distrett għall-fiduċja li tawh tul ħames elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi mill-2003 ’l hawn.



De Marco qal li ma hemmx unur akbar fil-ħajja politika milli tkun deputat tal-poplu, u sostna li għal 23 sena sħaħ il-poplu Malti tah dan il-privileġġ. Huwa fakkar fir-rwoli differenti li okkupa matul il-karriera politika tiegħu, fosthom bħala Segretarju Parlamentari, Ministru responsabbli għat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent, kif ukoll bħala shadow minister għall-ekonomija, il-finanzi u t-turiżmu meta kien fl-Oppożizzjoni.



Huwa semma wkoll li kien unur għalih li ġie elett Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-2013. Fil-messaġġ tiegħu, De Marco spjega li issa wasal iż-żmien li jagħti spazju lil ħaddieħor sabiex jaqdi dan id-dmir “b’aktar enerġija, b’aktar impenn u b’aktar ħila”, filwaqt li sostna li ħadd mhu indispensabbli, wisq inqas il-politiċi.

Madankollu, huwa ċċara li din mhijiex tmiem il-vjaġġ tiegħu, iżda “bidu” u “evoluzzjoni”, hekk kif qed iħares lejn kapitlu ġdid fejn jista’ jkompli joffri l-esperjenza, l-ideat u l-valuri tiegħu lill-poplu Malti f’forom differenti.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI