Illum huwa jum storiku u simboliku għal miljuni ta’ nies madwar id-dinja. Għall-ewwel darba mill-1863, il-bidu tar-Randan Nisrani u r-Ramadan Musulman qed jaqgħu fl-istess ġurnata.
Għal dawk li josservaw ir-Randan, illum jimmarka l-bidu ta’ perjodu ta’ 40 jum ta’ riflessjoni, sawm u preparazzjoni spiritwali qabel l-Għid. Huwa żmien fejn ħafna jagħżlu li jnaqqsu minn ċerti drawwiet, jersqu aktar lejn il-fidi tagħhom u jagħmlu atti ta’ ġenerożità u solidarjetà.
Fl-istess ħin, il-komunità Musulmana madwar id-dinja tibda r-Ramadan — xahar qaddis ta’ sawm minn tlugħ ix-xemx sa nżulha, talb, dixxiplina u għajnuna lil min hu fil-bżonn. Għalihom ukoll, dan huwa żmien ta’ purifikazzjoni spiritwali u konnessjoni aktar profonda ma’ Alla u mal-komunità.
Għalkemm it-tradizzjonijiet u r-riti huma differenti, iż-żewġ perjodi jaqsmu valuri komuni: il-paċenzja, l-umiltà, il-maħfra, il-ġenerożità u l-imħabba lejn il-proxxmu. F’dinja li xi drabi tidher mifruda, sitwazzjoni rarissima bħal tfakkarna kemm l-umanità għandha aktar affarijiet li jgħaqqduha milli jifirduha.
Għal ħafna, dan il-jum jista’ jkun ukoll stedina biex nieqfu ftit mill-ġirja ta’ kuljum u nistaqsu lilna nfusna: x’nistgħu nagħmlu biex inkunu aħjar: magħna nfusna u ma’ xulxin?