Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ħabbar uffiċjalment li tlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-faċċata tan-niċċa ta’ Santu Kristu, intervent importanti li kellu l-għan li jippreserva u jsebbaħ dan il-monument ta’ valur storiku u spiritwali għall-komunità.
F’messaġġ ta’ ringrazzjament, il-Kunsill esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-Ministru Owen Bonnici għall-appoġġ u l-impenn kontinwu sabiex dawn ix-xogħlijiet setgħu jitwettqu b’suċċess. Ġie rringrazzjat ukoll it-tim tal-ħaddiema tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, li ħadmu b’dedikazzjoni matul il-proċess ta’ restawr.
Dan il-proġett għen biex jinżamm u jiġi mħares il-wirt storiku u reliġjuż tal-lokalità. Il-Kunsill Lokali rringrazzja lil dawk kollha involuti u qal li se jkompli jaħdem biex jieħu ħsieb u jżomm wirt simili għall-komunità u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Facebook/ Marsaxlokk Local Council