Għall-Għalliema S-Sajf Huwa Vaganza? Iwieġeb Għalliem!

Beda s-sajf u l-iskejjel bħalissa weqfin! Ħafna jgħidu aħjar dħalt għalliem, għax fis-sajf neħodha frank! Imma eżattament x'jagħmlu l-għalliema fis-sajf? Vera bil-vaganzi? Tkellimna ma' Clive Muscat il-kantant tal-band Avenue Sky li hu għalliem. Staqsejnieħ x'jagħmlu l-għalliema fis-sajf? Hu weġibna hekk:

"Matul ix-xahrejn sajfin li l-għalliema jkollhom lil hinn mill-klassijiet sħan tal-iskola, żgur li ma jkunux kuljum vaganza. L-għalliem irid jipprepara x-xogħol għas-sena skolastika li jkun imiss: l-iskema tax-xogħol, pjan tal-lezzjonijiet, riżorsi għal waqt il-lezzjonijiet, noti dwar il-lezzjoni biex iservi ta’ reviżjoni, xogħol ta’ kwalità għall-klassi u għad-dar sabiex l-istudent jirrevedi u juri li jkun fehem dak li tgħallem, kif ukoll jaħseb u jippjana modi varji t’assessjar għal kull lezzjoni li tkun se sseħħ matul is-sena skolastika." - Clive

Hemm aktar mix-xogħol li naraw tal-għalliem u bla dubbju jixirqilhom aktar rispett!  Clive kompla jgħid li "Dan huwa ftit mix-xogħol li verament isir għaliex imbagħad ikun hemm l-aspett t’imaniġjar tal-klassi li jkun jinvolvi riżorsi oħrajn sabiex l-għalliem iżomm id-dixxiplina b’mod bilanċjat u pożittiv".

Allura jekk taħseb li fis-sajf l-għalliema jkunu xalata mela erġa aħsiba u rringrazzja lil għalliema li kienu jieħdu ħsiebek l-iskola.

Clive / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI