“Ma Nistgħux Nibqgħu Nistennew Li Żiemel Ieħor Jaqa’ Mejjet Fit-Triq Biex Nibdew Nistaqsu Jekk Hux Qed Isir Biżżejjed” – Vuċi Għall-Annimali

Il-paġna Vuċi għall-Annimali appellat għal iżjed ħarsien dwar il-benesseri taż-żwiemel.

Fuq il-paġna kitbu, “Il-fatt li s-sidien taż-żwiemel stess qed jilmentaw dwar in-nuqqas ta’ veterinarji disponibbli, speċjalment f’każijiet ta’ emerġenza, iqajjem mistoqsija importanti ħafna. Jekk lanqas għandna biżżejjed veterinarji disponibbli meta żiemel ikollu bżonn l-għajnuna, kif qed niżguraw is-saħħa u l-benesseri ta’ dawn l-annimali, speċjalment dawk li jintużaw għax-xogħol? Min qed jiżgura li dawn iż-żwiemel qed jiġu eżaminati regolarment u li huma fiżikament f’kundizzjoni tajba biex jaħdmu?”

Żiedu jgħidu, “Għalhekk qed nappellaw lill-awtoritajiet responsabbli biex jieħdu azzjoni konkreta: jiżguraw servizz veterinarju ta’ emerġenza aċċessibbli għaż-żwiemel, isaħħu l-kontrolli tas-saħħa fuq dawk li jintużaw għax-xogħol, u jispjegaw lill-pubbliku x’miżuri hemm fis-seħħ biex jipproteġuhom. Ma nistgħux nibqgħu nistennew li żiemel ieħor jaqa’ mejjet fit-triq biex nibdew nistaqsu jekk hux qed isir biżżejjed.”

Ritratt:

Facebook / Vuċi għall-Annimali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI