Bil-Filmat: "Għall-Istrina Nagħmlu Kollox" – Ara Xi Spiċċat Tagħmel Alana Bondin Kmieni Dalgħodu!

Dalgħodu Alana Bondin spiċċat tagħmel xi ħaġa kemxejn differenti mis-soltu! Lil Alana ħafna jsegwuha u jammiraw ix-xogħol tagħha. Ħadmet ma' diversi personalitajiet u ġibdet tant u tant ritratti iżda l-isfida ta' dalgħodu b'risq l-istrina kienet waħda kemxejn differenti.

Alana spiċċat fis-sezzjoni tad-Deli ġo Pavi Supermarket fejn il-qligħ kollu li għamlet Alana waqt li kienet qiegħda "xogħol" għadda kollu għall-Istrina. Alana tgħid li din kienet vera esperjenza sabiħa għaliha. Tant li fuq il-mezzi soċjali tgħid, "Trid xi kwart sinjur?"



Hi rringrazzjat lil Danusan ta' din l-opportunità. Ma ddispjaċiha xejn li hi għall-istrina spiċċat tagħmel kollox. Hekk għandu jkun! Prosit Alana!

Facebook / Alana Bondin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI