Għawdex Jibki T-Telfa Ta' Omm Fl-Età Ta' 49 Sena! – Strieħ Fis-Sliem Għażiża!

Il-gżira Għawdxija tinsab imnikkta bit-telfa ta’ Pauline Stellini, omm ta’ 49 sena li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Ħafna jinsabu maħsuda bit-telfa ta’ din l-omm fi fjur ta’ ħajjitha.

Il-kantanta lokali Pamela Bezzina, li nsertat kienet taf lil Pauline wkoll għaddiet il-kondoljanzi tagħha u messaġġ li jmiss il-qlub. “Anġlu sabiħ ingħaqad mas-smewwiet – tir fil-għoli Pauline Stellini – il-qalb enormi tiegħek u l-ġenwintà tiegħek, it-tbissima sabiħa tiegħek u l-kliem ġentili tiegħek jibqgħu dejjem parti mill-ħajja ta’ dawk li kienu jafuk!”





Pamela tgħidilha, “Tlaqt kmieni, iżda Alla kellu bżonnek viċin! Jien ċerta li diġà qed tgawdi l-glorja eterna li tant ħaqqek! Itlob għall-għażiża familja tiegħek, għar-raġel tiegħek u għat-tfal li kienu l-imħabba tiegħek u agħtihom is-saħħa li għandhom bżonn f’dawn iż-żminijiet diffiċli! Strieħ fil-Paċi għażiż ħabiba! Nimmissjawk ħafna!

Aħna f’isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tagħha f’dan iż-żmien tassew diffiċli. Kondoljanzi sinċiera lil żewġha u lil uliedha. Nittamaw li jsibu l-faraġ u l-kuraġġ f’dan iż-żmien daqstant diffiċli.

Facebook / Pauline Stellini



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI