“Għażiża Nanna Mary… Ħallejt Din Id-Dinja Biex Tingħaqad Mal-Mulej” – L-Awtur Bertram Portelli B’Telfa Għażiża

L-awtur Malti Bertram Portelli ħabbar il-mewt tan-nanna tiegħu, Mary, permezz ta’ messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, fejn sellem il-memorja tagħha u rringrazzjaha għall-imħabba u l-għożża li tat lill-familja matul ħajjitha. Fost il-kliem mimli emozzjoni, Portelli qal li n-nanna tiegħu ħalliet din id-dinja biex tingħaqad mal-Mulej, wara żmien ta’ tbatija u uġigħ, u esprima l-faraġ li issa tinsab tistrieħ fis-sliem.

Huwa fakkar diversi mumenti sbieħ li għex magħha tul it-tfulija tiegħu, fosthom iż-żjarat fil-Mellieħa waqt il-festa tal-Vitorja, iż-żminijiet meta kienet tqatta’ ġimgħat fid-dar tal-familja tiegħu, kif ukoll l-ikel li kienet tipprepara b’tant dedikazzjoni u mħabba.



Portelli semma wkoll il-ġranet li kien iqatta’ għandha meta kien għadu żgħir, fejn kienet teħdu magħha kull fejn kienet tmur, memorji li qal li se jibqgħu mnaqqxa f’qalbu għal dejjem. “Fuq kollox mhux se ninsa l-imħabba li biha kont tħobb lilna lkoll,” kiteb Portelli, filwaqt li talab biex in-nanna tiegħu tistrieħ fis-sliem ħdejn in-nannu Ġanni u ħdejn il-Madonna tal-Mellieħa, li tant kienet devota lejha.



Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi qal li m’għandux dubju li n-nanna tiegħu se tkompli tieħu ħsieb il-familja minn fejn tinsab issa. Il-quddiesa tal-funeral se ssir nhar il-Ġimgħa fit-15:30 fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa.

F’isem Gwida.mt, nagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lil Bertram Portelli u lill-familja kollha tiegħu.



Ritratti:

Facebook / Bertram Portelli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI