Gianluca u Vanessa Bezzina qasmu numru ta’ ritratti mill-magħmudija ta’ binhom Paolo li saret madwar ġimgħa ilu. Ċerimonja li żgur li kienet speċjali għall-koppja, speċjalment għal binhom.
View this post on Instagram
“Ġimgħa ilu uffiċjalment ilqajna lil Paolo fil-familja tal-Knisja,” qal Gianluca, ma’ numru ta’ ritratti li qasam fuq instagram li jinkludu ritratti mal-familja estiża tagħhom u binthom Lyla waqt ir-riċeviment intimu.
Jidher li kienet affari tal-familja mill-bidu sat-tmiem hekk kif ir-ritratti adorabbli maqsuma ttieħdu minn oħt Gianluca, Vincienne, u l-parrini ta’ Paolo huma zijuh Paul u z-zija Rachel.