"Id-deni tat-tieġ għaddej ġmielu", hekk kitbet il-kantanta u għalliema tal-vuċi Gillian Attard fuq il-mezzi soċjali tagħha, hekk kif qasmet mas-segwaċi tagħha ftit dettalji speċjali dwar it-tieġ tagħha.
Gillian, magħrufa għall-entużjażmu u l-enerġija pożittiva tagħha, esprimiet kemm hi emozzjonata u mimlija gratitudni hekk kif il-jum il-kbir qed joqrob. F’messaġġ mimli ferħ, żvelat li l-ħabiba u disinjatriċi tagħha Marygrace minn Cessani ħolqot il-libsa perfetta tat-tieġ għal dan il-mument uniku f’ħajjitha.
"Id-deni tat-tieġ għaddej ġmielu! Il-ħabiba tiegħi li hi disinjatriċi mill-aqwa u b’talent kbir, Marygrace, ħolqot għalija l-libsa tat-tieġ perfetta. Imdawra bl-imħabba u s-sapport tal-aqwa maid of honours tiegħi, inħossni tassew imbiereka," kitbet Gillian.
Il-post tagħha ġie milqugħ b’mijiet ta’ kummenti ta’ awguri u messaġġi ta’ mħabba minn segwaċi u ħbieb li ilhom isegwuha tul il-karriera twila tagħha fil-mużika u fit-taħriġ tal-kant.
Jidher li l-preparamenti għat-tieġ tagħha qed isiru b’ħafna stil, passjoni u mħabba – kif tistenna minn persuna kreattiva u enerġetika bħalha.
Awguri Gillian u George!