Giorgia Borg Għal Darb'Oħra B'Suċċess Kbir

Il-filmat ta' meta Giorgia Borg deheret quddiem il-ġurija ta' Britain's Got Talent Spiċċa saħħar lil bosta, dan l-aħħar dan l-istess filmat spiċċa fuq ic-channel ta' YouTube TopTalent u jiddeskrivi l-kantanti li hemm fih l-aktar kantanti b'talent minn madwar id-dinja.

Dak li ġara fi Britain's Got Talent ikomplu jikkonfermawh filmat bħal dawn. Donnu r-reazzjoni ta' Simon Cowell, Alesha Dixon, Amanda Holding u David Walliams qed tiġi riflessa minn ġafna oħrajn.

Wieħed jieħu gost li kantanta bħal Giorgia qiegħda tiġi nnutata aktar barra minn xtutna. Dil-ġimgħa l-kantanta kienet parti mill-kunċert ta' Ivan Grech, li seħħ ġewwa l-Belt Valletta. It-triq ta' din il-kantanta tidher waħda prominenti. Nawgurawlha ħafna affarijiet sbieħ.

Facebook / Giorgia Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI