Il-Health Promotion and Disease Prevention Directorate qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħmel pawża mill-iskrins u jagħti prijorità għall-moviment matul il-ġurnata.
Permezz tal-kampanja Press Pause, il-messaġġ huwa ċar: "il-ġisem tagħna mhux magħmul biex jibqa' bilqiegħda l-ġurnata kollha."
Għalhekk, anke waqt il-ħin tax-xogħol jew meta nkunu nqattgħu ħafna ħin quddiem kompjuter jew apparat diġitali, huwa importanti li nqumu, niġġebbdu u nagħmlu ftit passi ’l bogħod mill-iskrin.
Il-post ifakkarna wkoll li moviment sempliċi jista’ jgħin biex inġeddu kemm il-ġisem kif ukoll il-moħħ. Kemm jekk mixja żgħira jew sempliċement ħin qasir 'l bogħod mill-iskrin.
In-notifiki jistgħu jistennew. Importanti li ġisimna jkun hemm ħin fejn jiċċaqlaq.