Ġlieda Taħraq Bejn L-Aħwa Demicoli

Ħa naraw l-aħwa kif qatt ma rajniehom qabel f’avveniment li qed jittella’ biex jiġbor fondi għall-ALS. Avveniment li diġà tkellimna fuqu aktar kmieni din il-ġimgħa. Waħda mill-battalji f’dan l-avveniment ħa tkun bejn Keith Demicoli u huh Fabian, li ħa jkunu qed jikkompetu kontra xulxin.

Ritratti: Instagram / Bjorn Formosa

Dan l-avveniment qed jittella’ bħala parti mill-festival internazzjonali tal-ikel f’Malta u ħa jkun bejn it-18 u l-21 ta’ Lulju, fil-Foss tal-Imdina! F’din il-battalja ħa niskopru min hu l-aħjar fil-kċina, jekk hux Fabian jew Keith.

Huma ħa jingħataw kaxxa b’ingredjenti sigrieta u minn hemm irridu joħolqu ikla. Ovvjament ħa jkollhom aċċess għal forn, borom, taġnijiet u dak kollu li taf ikollhom bżonn! Nispera biss li ma jibdewx itiru t-taġnijiet minn naħa għall-oħra.

Ritratti: Facebook / Fabian Demicoli & Keith Demicoli

L-aħwa jaħdmu fuq stazzjonijiet differenti, allura teknikament diġà qegħdin f’kompetizzjoni diretta kontra xulxin imma din id-darba ħa jkunu wiċċ imb’wiċċ. Taħraq ħa tkun minn kull l-att, min taħseb li ħa jirbaħ Keith jew Fabian?

Facebook / Keith Demicoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI