Kif tafuh intom – Ġorġ Agius? Jew forsi anki Ġorġ tal-Mużew? Għaldaqstant, bosta huma dawk li jafuh sempliċiment bħala Ġorġ l-għannej, u llum, dan il-personaġġ għażiż għal ħafna għadu kemm għalaq 93 sena.
TVM
Għalkemm għandu bosta laqmijiet, Ġorġ nafuh l-aktar bħala l-bniedem ħlejju li nsibuh fil-kurituri tal-isptar, jgħanni u jxandar kliem sabiħ lil kulħadd madwaru permezz ta’ din il-forma ta’ kant tradizzjonali. Nisrani devot, dan ukoll wassal sabiex l-għannej tant maħbub saħansitra jitqies ukoll bħala “l-Għannej tal-Mulej”.

TVM
Il-paġna Ġmiel il-Pinna Maltija fuq Facebook, pjattaforma li tippromwovi l-ilsien Malti iżda b’mod partikolari l-kitba u l-lirika, ma naqsitx milli tawgura l-isbaħ xewqat lill-għannej hi u tikkwota parti mill-għanja tiegħu:
Is-sena li għaddiet, Ġorġ ma setax joħroġ jgħanni lil dawk ifiqu l-isptar, peress li hu stess kien jinstab jirkupra ġewwa San Vinċenz de Paul. Għaldaqstant din ma ostakulatux u huwa xorta rnexxielu jwassal dak li ilu jagħmel dawn l-aħħar 60 sena, fejn minflok arma jgħanni lill-anzjani fir-reżidenza.
Nawgurawlek mill-qalb Ġorġ!
Newsbook