"Grat Li Ġejt Mogħti Ċans Ieħor Biex Nibdel Ħajti…" – Eric Grech

L-attur u infermier Eric Grech kemm-il darba jaqsam fuq il-midja soċjali messaġġi u kliem ta’ kuraġġ li jservi ta’ ispirazzjoni għal min għandu ambizzjonijiet biex jibdel l-istil ta’ ħajja li jgħix għal waħda aktar benefiċjali. 





Fil-fatt illum xeħet messaġġ fejn irringrazzja lil kull min kien hemm għalih biex jgħinu jkollu ħajja aktar bilanċjata u jibża’ għal saħtu. “It-tieni ċans huwa diffiċli biex ikollok. Grat li ġejt mogħti ċans ieħor biex nibdel ħajti għal waħda aktar b’saħħitha. It-triq mhix faċli imma nammetti li bis-saħħa ta’ dawn in-nies irnexxieli nasal”. 

Isemmi fost l-oħrajn lil Matthaeus Grasso, Monica Camilleri, Fr. Bertrand Vella, Gianluca Barbara u n-nutrizzjonista minn Mater Dei Doriette Agius. Jirringrazzja lil dawn in-nies u lil kull min kien hemm għalih biex irnexxa.

Eric, tassew persuna li qed tispira ħafna nies u ibqa’ pożittiv kif int!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI