Graziella, waħda mill-kontestanti tal-ewwel grupp ta’ din l-iskeda ta’ Come Dine With Me Malta, stiednet mistiedna speċjali fil-kċina tagħha biex isajru flimkien. Din il-mistiedna speċjali ma kienet ħadd ħlief il-maħbuba Natasha – waħda mill-kontestanti tat-tieni grupp ta’ kontestanti.
Is-sorpriża ġiet żvelata waqt Facebook live ta’ Graziella. Dawn iż-żewġ kontestanti li serqu l-qlub tal-Maltin sajru xi riċetti flimkien fost ħafna mument umoristiċi. Huma sajru focaccia u torta tal-ħelu.
Facebook / Graziella Darmanin