"Grazzi Li Tkun Dejjem Ta’ Spalla Għalija U Fuq Kollox Għar-Raħal Li Tant Tħobb, Ħal Luqa" – Il-Ministru Silvio Schembri Lil Missieru

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu missier il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri. F’dan il-jum speċjali għal missieru, il-Ministru qasam ritratt miegħu u għaddielu messaġġ żgħir.





Huwa kitbilu, “Awguri pa f’għeluq sninek. Grazzi li tkun dejjem ta’ spalla għalija u fuq kollox għar-raħal li tant tħobb, Ħal Luqa.” Ħafna ingħaqdu mal-Ministru u awgurawlu f’dan il-jum speċjali.

Missier Silvio Schembri infatti huwa s-Sindku tal-lokalità ta’ Ħal Luqa. Kariga li ilu jokkupa tul dawn l-aħħar għoxrin sena. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI