“Grazzi Mill-Qalb Lil Kulħadd” – Chev Malcolm Pisani Jiċċelebra 20 Sena Ta’ Karriera Mużikali

Malcolm Pisani

Il-kantant lokali Chev Malcolm Pisani ċertament li mhux wiċċ ġdid fix-xena tal-mużika. Ilu għal dawn l-aħħa żewġ diċenji jaqsam il-mużika u l-arti tiegħu.

Lil Malcolm rajnieh anke jikkompeti ġo festivals lokali fosthom il-Malta Eurovision 2022 bil-kanzunetta We Came For Love. Malcolm esprima gratitudni lejn kull min appoġġjah tul dan il-vjaġġ sabiħ.

“Mill-ewwel pass sal-lum – XX sena fil-mużika. Sostnut bil-passjoni, immexxi bil-ħolm, u possibbli grazzi għan-nies inkredibbli matul it-triq! Grazzi mill-qalb lil kulħadd!”

Malcolm xerred filmat memorabbli fl-okkażjoni tal-20 sena fil-mużika, fejn naraw fost l-oħrajn siltiet mill-filmati mużikali li nieda matul is-snin.

Awguri għal aktar suċċessi u mumenti sbieħ fil-karriera tiegħek, Malcolm!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI