"Grazzi Mulej Ta' Dawn Il-41 Sena" – Indri Attard Jiċċelebra Għeluq Sninu

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur ta’ Net FM Indri Attard. Indri jippreżenta programm ta’ kuljum bl-isem Ngħiduha Kif Inhi fejn waqt il-programm tiegħu t-tabib Frank Porteli jilqa’ telefonati u jwieġeb il-mistoqsijiet tas-semmiegħa dwar il-Covid-19.





F’għeluq sninu Indri kiteb, “Grazzi Mulej ta’ dawn il-41 sena.” Lil Indri nafuh ukoll bħala attur kemm fuq il-palk u kemm fuq it-televiżjoni u barra minn hekk mhux l-ewwel darba li kanta wkoll!

Lura fl-2013 konna rajnieh ukoll fil-finali tal-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Il-Gwardajn bi kliem ta’ Kevin Tanti u mużika ta’ Chan Vella. Barra minn hekk, Indri jaħdem ukoll statwi diversi.



Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Indri l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu. Nittamaw li jkollu ġurnata mimlija b’dak kollu li jixtiequ u sena aħjar mimlija b’hena, saħħa u kuntentizza.

Facebook / Indri Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI