“Grazzi Tal-Appoġġ Tiegħek F’Kull Pass Ta’ Ħajti” – Il-Ministru Omar Farrugia Lil Ommu F’Għeluq Sninha

Il-Ministru Omar Farrugia qasam messaġġ mill-qalb iddedikat lil ommu fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Permezz tal-mezzi soċjali, Farrugia rringrazzja lil ommu mhux biss għal dak kollu li tagħmel miegħu, iżda wkoll talli dejjem kienet hemm biex tappoġġjah tul il-vjaġġ tiegħu.

“Happy birthday Ma! Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel miegħi u tal-appoġġ tiegħek f’kull pass ta’ ħajti. Inħobbok,” kiteb Farrugia. Messaġġ qasir iżda mimli mħabba u gratitudni lejn persuna li evidentement kellha rwol importanti f’ħajtu u li baqgħet tagħtih l-appoġġ tagħha f’kull pass.

Żgur li din hija ġurnata speċjali għall-familja Farrugia. Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu mal-awguri u nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha. Nawguralha ħafna saħħa, hena u paċi f'qalbha! Awguri!

Ritratti:

Facebook / Omar Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI