L-Alġerija Se Tintroduċi L-Piena Tal-Mewt Għal Min Jagħti N-Nar Apposta Jew Jaħtaf It-Tfal

Matul dawn l-aħħar jiem, fl-Alġerija għaddiet liġi li se tippermetti sabiex persuni li jinstabu ħatja li kkawżaw nirien kbar intenzjonalment jew li ħatfu xi tfal u ġiegħluhom jgħaddu minn xi tortura jew abbuż sesswali, jingħataw il-piena tal-mewt.

Il-Ministru tal-Ġustizzja Alġerin sostna li "dan huwa l-uniku rispons legali xieraq sabiex jitnaqqas it-twettiq ta' atti bħal dawn". Dan filwaqt li l-organiżazzjonijiet tad-drittijiet umani minn madwar id-dinja qed jopponu din id-deċiżjoni, hekk kif saħqu li ma tirrispettax id-dritt tal-ħajja ta' kull individwu. Huma appellaw sabiex il-pajjiż minflok jiffoka fuq kif se jsalva l-ħajjiet bill juża mezzi umani sabiex jipprevjeni milli jerġgħu jsiru atti ta' din ix-xorta.

Din il-liġi għaddiet fl-Alġerija wara li matul is-sajf li għadda għadd ta' foresti ngħataw in-nar intenzjonalment u b'hekk madwar 12-il persuna tilfu ħajjithom u għexieren oħra sfaw feruti.

Għalkemm il-piena tal-mewt hi diġà msemmija fil-liġijiet Alġerini, l-aħħar darba li l-pajjiż temm il-ħajja ta' xi ħadd minħabba l-piena tal-mewt kien fl-1993.

Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI