Il-preżentatur lokali u Viċi Sindku tal-Furjana James Aaron Ellul qasam tifkira speċjali fuq il-mezzi soċjali tiegħu, marbuta ma’ mument importanti fir-relazzjoni tiegħu. James fakkar li proprju sitt snin ilu kien ta l-ewwel ċurkett lil martu, il-mument li fih saru uffiċjalment għarajjes.
“6 snin ilu, tajtek l-ewwel ċurkett u sirna ‘għarajjes’. Mur għidilna!” kiteb James. Ftit kliem li jġorru magħhom ħafna memorji, hekk kif ħares lura lejn kemm inbidlet ħajjithom minn dak il-mument ’il quddiem. Il-frażi “Mur għidilna!” turi proprju dik is-sensazzjoni li kultant ikollna meta nħarsu lura lejn ritratt jew mument partikolari u nirrealizzaw kemm il-ħajja tkun ħaditna f’direzzjonijiet li forsi dak iż-żmien lanqas biss konna nimmaġinaw.
Awguri lil James u lil martu għal din it-tifkira sabiħa! Tifkira li kibret fejn illum il-koppja bnew il-familja tagħhom, b'żewġ ulied!
Facebook / James Aaron Ellul