Ottubru mhuwiex biss ix-xahar li matulu eluf ta' studenti jirritornaw wara l-bankijiet tal-iskola, iżda huwa wkoll ix-xahar iddedikat lill-persuni bil-kundizzjoni tad-down syndrome.
Kien fis-snin tmenin li fix-xahar t'Ottubru beda jingħata dan ir-rikonoxximent proprju bil-għan li persuni li jitwieldu b'din il-kundizzjoni jieqfu jiffaċjaw diskriminazzjoni msejsa fuq nuqqas ta' tagħlim.
Fil-fatt, matul dan ix-xahar, numru ta' personalitajiet minn madwar id-dinja, wħud li huma stess għandhom din il-kundizzjoni, jippromwovu l-importanza li persuni bid-down syndrome jiġu inklużi u jingħataw opportunitajiet ugwali daqs kwalunkwe persona oħra.
Pexels