Il-Membru Parlamentari Ivan Castillo qasam messaġġ mill-isbaħ lil oħtu Amanda fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha, fejn irringrazzjaha tas-sapport kontinwu li tagħtih u tal-preżenza tagħha f’ħajtu. “Int... is-sapport tiegħi, u waħda mill-ftit persuni li verament taf kemm jiġri minn wara l-kwinti,” kiteb Castillo, filwaqt li ammetta li forsi mhux dejjem jgħidilha biżżejjed kemm hu grat lejha.
Huwa rringrazzjaha tal-paċenzja li turi miegħu, talli temmen fih u talli timbuttah ’il quddiem meta jkollu bżonn. Fuq kollox, faħħarha talli dejjem jirnexxielha tkun hemm għalih, minkejja li għandha ħafna responsabbiltajiet tagħha. Castillo tkellem ukoll dwar id-dedikazzjoni ta’ Amanda lejn uliedha, żewġha u l-familja tagħha. “Tagħti ħafna minnek innifsek lil uliedek, lil żewġek u lill-familja tiegħek, u żżomm kollox flimkien b’saħħa li nammira aktar milli taf,” stqarr.
L-aktar kliem li spikka fil-messaġġ tiegħu kien dak dwar dak kollu li oħtu tagħmel mingħajr ma neċessarjament ikun innutat minn ħaddieħor. “Ħafna minn dak li tagħmel jista’ jkun li ħaddieħor qatt ma jarah, iżda jien narah. Jien nafu. U qatt mhu se nieħdu bħala xi ħaġa ovvja.”
Ivan temm il-messaġġ tiegħu b’awguri mill-qalb lil oħtu, li b’affezzjoni sejħilha “Pupa”. Nawguraw lil Amanda l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook / Ivan Castillo