It-Tlieta, 8 ta’ Settembru, in-Naxxar, l-Isla, ix-Xagħra u l-Mellieħa kollha se jiċċelebraw il-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija, festa publika u jum importanti fl-istorja ta’ Malta.
Minbarra l-festa reliġjuża ta’ Marija Bambina, pajjiżna jiċċelebra wkoll Jum il-Vitorja. Din id-data hija marbuta b’mod speċjali mar-rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565, u matul is-snin kompliet issir waħda mill-aktar dati ċelebrati fil-kalendarju storiku u reliġjuż Malti.
Nhar it-Tlieta li ġej bosta min-nies ser iżuru waħda mit-3 festi f’Malta jew inkella dik Għawdxija. Ser tmur f’xi raħal minnhom?
Marija Bambina Inkurunata