Ir-ristorant Harbour by Johann ħarġu appell fuq il-midja soċjali fejn wisseww lil negozzji oħra wara każ allegat ta’ ‘dine and dash’.
Harbour by Johann qalu li żewġ nisa ordnaw madwar kilo ta’ ħut flimkien ma’ xi xorb, poġġew jieklu, u stennew il-ħin opportun biex jitilqu ‘l barra mingħajr ma jħallsu. Sakemm it-tim indunaw b’dak li kien ġara, ż-żewġ nisa kienu laħqu telqu.
Harbour by Johann ħeġġeġ lil sidien ta’ negozji oħra biex jiċċekkjaw il-filmati tas-CCTV tagħhom jekk jaħsbu li setgħu għaddew minn sitwazzjoni simili, kif ukoll biex jagħmlu lill-ħaddiema tagħhom konxji ta’ dak li jista’ jiġri.
“Illum kien ir-ristorant tagħna. Għada jista’ jkun tagħkom,” żiedu, filwaqt li saħqu li n-negozji jaħdmu ħafna biex iżommu l-operat tagħhom għaddej, iħaddmu n-nies u jipprovdu servizz lill-klijenti.
Harbour by Johann