L-attur Rudy Emmanuel Catania kiteb messaġġ mill-qalb lill-għażiż missieru Martin Catania, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Lil Rudy u lil missieru Martina, li t-tnejn li huma rajniehom f’diversi produzzjonijiet lokali televiżivi.
“Happy Birthday Żagħżugħ, dejjem żgħir fl-ispirtu! Ir-raġel li għallimni l-valuri. Ir-raġel li għallimni l-prinċipji… għallimni nagħmel it-tajjeb… għallimni r-reżiljenza… Dawn l-affarijiet ma titgħallimhomx mill-Università jew mill-kulleġġi, imma titgħallimhom minn nies eżemplari.”
Rudy xerred anke ritratti flimkien ma’ missieru Martin, fosthom meta gradwa wara l-ħidma li wettaq. Ritratt li juri kemm hu dejjem hemm għalih. “Grazzi tal-appoġġ kontinwu f’kull pass li nieħu.”
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lill-attur Martin Catania f’jum għeluq sninu! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem.