Ħareġ Il-Programm Tal-Festa Ta' Santa Marija F'Ħ'Attard… "Min Iħossu Ma Jiflaħx Ma Jattendix!"

Fuq il-paġna ta’ facebook tas-Soċjetà Mużikali La Stella Levantina ta’ Ħ’Attard ħareġ il-programm tal-festa għal din is-sena 2020. Fost l-attivitajiet ser ikun hemm ‘Blue Gathering’ , BBQ fil-pjazza, marċ ta’ filgħodu u ‘after party’.

Il-Facebook tas-Soċjetà ħeġġeġ biex il-pubbliku jimxi mad-direttivi tas-saħħa pubblika fejn inkiteb: “Importanti li nkunu kawti u min iħossu ma jiflaħx ma jattendix”.





Persuna kkumentat li s-soċjetà għandha tkun ta’ eżempju u ma torganizzax hi dawn l-avvenimenti u r-risposta kienet li tant kemm qed jiġu osservati d-direttivi, dawn se jsiru kollha bil-permessi meħtieġa u nkiteb li kif sar lura f’Marzu, jekk jinbidlu l-liġijiet, inħassru l-attivitajiet.”

X’taħsbu dwar dan?

Ritratt: Facebook/SocMuz La Stella Levantina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI