Kathy taqsam il-problema li ltaqgħet magħha dan il-lejl. Problema li kellha bżonn vet u ma sabitx għajnuna għalkemm provat tagħmel kuntatt ma’ diversi postijiet li jgħidu li joffru servizz 24 siegħa kuljum.
Kathy tiddiskuti, “Għadni kif għaddejt minn pastażata kbira. Ilni mqajjma lejl sħiħ għax il-kelba tiegħi ma tiflaħx. Tlajt għall-għajnuna ta’ vet b’urġenza. Xi nies li nafhom, u nirringrazzjahom minn qalbi, tawni l-għajnuna tagħhom meta ktibt fuq il-profil personali tiegħi fis-2 a.m., nitlob għal xi numri ta’ vets peress li l-vet tiegħi ma stajtx naqbad miegħu.”
Hi tikteb, “Mal-ewwel provduli xi numri ta’ servizzi ta’ vet 24 siegħa… suppost! Ċempilt lil kull numru li tawni u anke lil kull emergency vet li sibt, imma l-mobiles kollha kienu mitfija jew il-linja kienet fuq voicemail.”
Kathy tgħid, “Il-klieb tiegħi huma qisni t-tfal tiegħi, imma hawn Malta mhux l-għant li trabbi! Għax għajnuna? Żero. F’kelma waħda, jekk jinqala’ xi ħaġa lill-kelb, qattus jew xi annimal fis-2 a.m., ħallih imut! Sewwa hekk?”
Hi tistaqsi, “X’sar mill-isptar tal-annimali ta’ Ħal Qormi? Dak mhux servizz 24 siegħa kien? U x’sar mill-Emergency Pet on Wheels? Dawn ukoll mhux servizz 24 siegħa suppost?”
Kathy żżid, “Ilni lejl sħiħ mqajma flimkien mal-partner tiegħi u l-kelba għax hi ma tiflaħx, u xorta għadni qed nistenna lil xi vet li tassew hu disponibbli. Ma niflaħx iżjed.”
Hi ttemm tgħid, “Hawn Malta ma hemm ebda għajnuna għal ħarsien tal-annimali. ARUKAZA! Hemm bżonn naraw x’ħa nagħmlu għad-drittijiet tal-annimali. Mhux kas ta’ xejn, il-biki għandi għax allaħares qatt il-kelba tikber iktar u ma tkunx tiflaħx għall-kedded fis-2:00 jkolli nħalliha tmut f’idi!”
Facebook / Kathy The Violinist