Illum f'għeluq snin Hector Bruno, qegħdin nippublikaw lista ta' affarijiet li mhux kulħadd jaf fuq dan il-leġġenda Maltija. Twieled bħal-lum, 6 ta' Lulju 1959. Illum Hector jagħlaq 60 sena! Hector wieħed mill-aqwa atturi ta' Malta, imitatur per eċċellenza imma mhux biss. Hector:
1. Fl-2016, Hector Bruno fetaħ qalbu u ammetta li kien ilu jikkombatti d-dipressjoni għall-sitt snin.
2. Fl-1992 sar l-ewwel sindku tal-Belt Valletta u dam sal-1999.
3. Beda jaħdem bħala ġurnalist mal-ġurnal In-Nazzjon Tagħna.
Ritratt: Youtube / Bijografiji
4. Iffissat fuq il-festa ta' San Pawl.
5. 2013 sabu li kellu tumur u kienet ħalliet effet fuq ħajtu.
6. L-ewwel tfajla ta' Hectur Bruno kienet il-kantanta Marbeck Spiteri.
7. Kien jitgħallem il-maġija għand Vanni Pule.

Ritratt: Youtube / Bijografiji
8. Jimita lir-reġina tant li għandu l-panties, il-bra u l-affarijiet li suppost tilbes ir-reġina.

Ritratt: Youtube / Bijografiji
9. Jiddejjaq xi ħadd jgħidlu kummidjant.
10. L-aktar għal qalb Hector: San Pawl, il-palk u l-politiika
11. Kien jimta tajjeb ħafna lil President Emeritus. Gwido De Marco u l-eks Prim Ministru Carm Mifsud Bonnici.
12. Darba ċempel l-istamperija u qal li hu l-Prim Ministru Mifsud Bonnici, u kien ġej fi kwarta biex jagħmel avviż fil-gazzetta u kullħadd kien belgħaha.
13. Kien għamel sena jinnamra ma' Eileen Montesin imbagħad telaqha... imma jiddispjaċih li ma kompliex.
14. Ta' ftit jiem jaqa' minn fuq is-sodda u ma bekiex!

Ritratt: Youtube / Bijografiji
15. Għamel minjatura tal-knisja ta' Ġieżu. Ħoloqha mil-bidu sat-tmiem
16. Kien ħa sehem fis-Sisters ma' George Micallef bħala Jessie u Bessie.

Ritratt: Youtube / Bijografiji
17. Kien parti prinċipali f'KC, drama ta' Eileen Montesin fuq TVM.
18. Għandu bust tiegħu nnisfu li kien intuża waqt panto.

Ritratt: Youtube / Bijografiji
19. L-aktar li deher fuq it-televiżjoni kien ma' Louise Tedesco.

Ritratt: Youtube / Bijografiji
20. Ta' 21 iċċelebra l-għeluq sninu l-Ingilterra biex isirulu testijiet mediċi f'rasu. Dak iż-żmien kienet inxterdet l-aħbar li kien miet! Anke quddies għal ruħu kienu għamlu.

Ritratt: Youtube / Bijografiji
21. Imita lil Raffaela Carra.

Ritratt: Youtube / Bijografiji
22. Waqt pantomima jħossu ħażin. Daħal, xarbulu wiċċu u reġa' kompla jirreċta.
23. Darba ħa sehem f'reality show fit-Tuneżija fil-programm Xarabank.
24. Bil-karratru ta' Grezzju Carabott kien residenti komiku fil-programm Xarabank.

Ritratt: Youtube / Bijografiji
25. L-aktar attur li għamilha ta' dama f'pantomima f' Malta.
Minn qalbna Hector, awguri għal aktar snin ta' hena, barka u ġid!

Ritratt: Facebook / Hector Bruno
Ħafna mill-informazzjoni sibnieha grazzi għall-programm Bijografiji li kien sar fuq Hector Bruno.
Bijografiji / Youtube
Hector Bruno / Facebook