Il-ġurnalist ta' TVM, Liam Carter li sab ruħu jaqra l-aħbarijiet tat-tmienja għall-ewwel darba l-ġimgħa li għaddiet ħalla post fuq il-midja soċjali tiegħu ta' apprezzament. Liam kiteb, "Qatt ma ngħatajt xejn fil-ħajja. Missieri kiser dahru fil-baċiri u ommi ssagrifikat kollox għalija u għal ħuti. Huma għallmuni ħafna affarijiet, fosthom il-lezzjoni siewja li l-affarijiet tajbin jiġu għal dawk li jaħdmu."
Hu jkompli jgħid, "Hekk kif għadda ż-żmien il-ħolm tiegħi ġie mwarrab minn individwi li qaluli li għandi noqgħod għall-inqas. Fallejt għall-kulleġġ darbtejn, għamilt miljun żbalji, u għal xi żmien tlift lili nnifsi. Fortunatament il-familja tiegħi flimkien ma' sħabi, grupp żgħir ta' subien li trabbejt magħhom mexxewni fit-triq it-tajba."
Liam jagħlaq billi jgħid, "Ġimagħtejn 'il bogħod minn 24 sena għandi l-unur li naħdem fuq Television Malta. Jien ġejt mix-xejn u frankament għadni xejn. Hemm triq twila imma, jien hawn se nibqa'." Awguri Liam!
View this post on Instagram